GĦANJA 94
Grati għall-Kelma t’Alla
-
1. Ġeħova, Missierna, lkoll grati tassew
Li tajtna lil Kelmtek, bil-kbir nithennew!
Il-Bibbja hi imnebbħa,
din turi l-verità.
B’hekk Alla ħelisna w għarfien veru ta.
-
2. Il-Bibbja tqanqalna biex nagħmlu l-bidliet;
Din tagħraf x’hemm f’qalbna w l-intenzjonijiet.
Kull liġi hi perfetta,
l-ġudizzji retti wkoll.
Din fiha prinċipji għall-ġid tagħna lkoll.
-
3. Kliem jilħaq lil qalbna li nistgħu nifhmuh—
Irġiel b’sentimenti bħal tagħna kitbuh.
Jekk nobdu x’hemm fil-Bibbja,
il-fidi nissodaw.
Prezzjuża hi Kelmtek—b’hekk nirringrazzjawk.
(Ara wkoll Salm 19:9; 119:16, 162; 2 Tim. 3:16; Ġak. 5:17; 2 Pt. 1:21.)