Fejn Għandi Nkun
Niżżel:
1. Kulħadd jidher kuntent xi mkien,
Jaf fejn se jmur, mal-ħbieb flimkien.
Jien naf xi rrid, dan tajjeb żgur,
U iva, naf fejn għandi mmur.
U kemm jien grat li hemm xi mkien
Li rrid immur, mal-ħbieb flimkien.
Ma’ ħbieb taʼ veru magħqudin,
Li dejjem jibnu lil xulxin.
(RITORNELL)
Ġo qalbi jien ċert;
Konvint jien illum,
Ġeħova, Missier,
Se tgħinni kuljum,
Turini fejn għandi nkun.
2. U issa naf; għalija ċar;
Ferħan jien hawn, dal-post l-aħjar.
Il-Bibbja naqra; x’se nagħtik?
Hi tmissni, u rrid ngħix għalik.
U issa naf fejn se nkun jien:
Ma’ ħbieb taʼ veru, hawn flimkien.
Kull m’għandi bżonn; dawn ħbieb tajbin,
Ninkuraġġixxu lil xulxin.
(RITORNELL)
Ġo qalbi jien ċert;
Konvint jien illum,
Ġeħova, Missier,
Se tgħinni kuljum,
Turini fejn għandi nkun.