Aħwa rġiel u nisa fil-konvenzjoni internazzjonali tal-2014, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika

FULJETT GĦALL-ISTUDJU—IL-ĦAJJA U L-MINISTERU April 2016

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

Ideat biex tippreżenta r-rivista Stenbaħ! u l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Uża l-eżempji biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek stess.

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

Inkuraġġixxi u saħħaħ lil oħrajn bi kliem taʼ qalb tajba

It-tlett iħbieb taʼ Ġob żiedu man-niket tiegħu bi kliem li jweġġaʼ u akkużi foloz. (Job 16-20)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Mod ġdid kif tibda konversazzjoni

Introduċi suġġetti Bibliċi bl-aspett ġdid “Il-Bibbja x’tgħid?”

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

Ġob iġġieled ħsibijiet negattivi

Oħroġ il-kuntrast li hemm bejn xi gideb li qal Satana u s-sentimenti veri taʼ Ġeħova li għandu għalina. (Ġob 21-27)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

Ġob kien eżempju taʼ integrità

Ġob kien determinat li jsegwi l-livelli morali t’Alla Ġeħova u li jimita t-tjubija u l-ġustizzja tiegħu. (Ġob 28-32)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

Ħabib taʼ veru jagħti pariri inkuraġġanti

Imita lil Eliħu fil-mod kif bi mħabba ttratta mal-ħabib tiegħu Ġob. (Job 33-37)

IRSISTI FIL-MINISTERU

Kampanja bl-invit tal-konvenzjoni

Affarijiet li għandek iżżomm f’moħħok meta tqassam l-inviti tal-konvenzjoni reġjonali tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Ipprattika l-eżempju taʼ preżentazzjoni.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Tfakkiriet għall-konvenzjoni

Aħseb dwar modi li tistaʼ turi mħabba għal oħrajn waqt konvenzjoni.