Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Tfakkiriet għall-konvenzjoni

Tfakkiriet għall-konvenzjoni

Bħal drabi oħra, irridu niġu ggwidati mill-imħabba għal Alla u oħrajn matul l-istaġun tal-konvenzjoni. (Mt 22:37-39) L-iskrittura tal-1 Korintin 13:4-8 tiddeskrivi l-imħabba fl-azzjoni: “L-imħabba tistabar fit-tul u qalbha tajba. . . . Ma ġġibx ruħha b’mod indeċenti, ma tfittixx l-interessi tagħha, ma tiġix provokata. . . . L-imħabba ma tbatti qatt.” Hekk kif naraw il-vidjow Tfakkiriet għall-konvenzjoni, ejja naħsbu dwar modi kif nistgħu nuru mħabba għal oħrajn waqt il-konvenzjoni.

KIF NISTGĦU NURU MĦABBA. . .

  • meta nżommu l-postijiet?

  • meta jkun se jibda l-programm mużikali?

  • meta nkunu qed noqogħdu f’xi lukanda fi żmien il-konvenzjoni?

  • billi noffru ruħna biex ngħinu?