Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-għanjiet tas-Saltna jagħtu l-kuraġġ

L-għanjiet tas-Saltna jagħtu l-kuraġġ

Pawlu u Sila faħħru lil Alla bil-kant waqt li kienu l-ħabs. (At 16:25) Fi żminijiet moderni, sħabna fit-twemmin kantaw għanjiet tas-Saltna waqt li kienu fil-kamp tal-konċentrament taʼ Sachsenhausen fil-Ġermanja Nazista u waqt li kienu fl-eżilju fis-Siberja. Dawn l-eżempji juru kemm l-għanjiet għandhom qawwa biex jagħtu l-kuraġġ lill-Kristjani li jkunu qed jiffaċċjaw provi.

Dalwaqt, ħafna iktar lingwi se jkollhom il-ktieb tal-għanjiet il-ġdid li bl-Ingliż għandu t-titlu “Sing Out Joyfully” to Jehovah. Meta jkollna l-ktieb bil-Malti, nistgħu nipprovaw nifhmu u niftakru l-kliem billi nipprattikawh matul il-qima bħala familja. (Ef 5:19) Imbagħad, l-ispirtu qaddis se jgħinna niftakru l-għanjiet meta jkollna l-provi. L-għanjiet tas-Saltna jistgħu jgħinuna niffokaw fuq it-tama tagħna. Dawn jistgħu jinkuraġġuna meta niffaċċjaw il-provi. Anki meta ma jkollniex provi x’niffaċċjaw, il-kliem mill-isbaħ tal-għanjiet jippermettilna nkantaw mill-qalb għax inkunu qed nirriflettu l-ferħ tagħna. (1Kr 15:16; Sa 33:1-3) Ejja nagħmlu użu tajjeb mill-għanjiet tagħna tas-Saltna!

ARA L-VIDJOW GĦANJA LI INKURAĠĠIET LIL ĦADDIEMA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Liema ċirkustanzi wasslu lil Ħuna Frost biex jikkomponi għanja?

  • L-għanja kif tat kuraġġ lill-aħwa li kienu fil-kamp tal-konċentrament taʼ Sachsenhausen?

  • Fil-ħajja taʼ kuljum, kif jistgħu jsaħħuk l-għanjiet tas-Saltna?

  • Liema għanjiet tas-Saltna tixtieq titgħallem bl-amment?