GĦIX BĦALA KRISTJAN
Stinka għall-edukazzjoni li tiġi mingħand Ġeħova
GĦALA HU IMPORTANTI: L-Istruttur Grandjuż, Ġeħova, joffrilna l-aqwa edukazzjoni possibbli. Hu jgħallimna kif intejbu ħajjietna issa u jippreparana għall-futur meraviljuż—u kollox b’xejn! (Is 11:6-9; 30:20, 21; Ri 22:17) Permezz tal-edukazzjoni divina, Ġeħova jagħtina wkoll dak li hemm bżonn biex naqsmu m’oħrajn il-messaġġ li jsalva l-ħajjiet.—2Ko 3:5.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Sir dejjem iktar umli u ġwejjed.—Sa 25:8, 9
-
Ħu vantaġġ mit-taħriġ li Ġeħova qiegħed jipprovdi issa stess; pereżempju aċċetta meta tingħata inkarigu bħala student fil-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa
-
Agħmel miri spiritwali biex tkun tistaʼ taqdi lil Ġeħova iktar bis-sħiħ.—Flp 3:13
-
Agħmel sagrifiċċji biex tkun tistaʼ tikkwalifika għal iktar taħriġ.—Flp 3:8
ARA L-VIDJOW GĦANA SPIRITWALI PERMEZZ TAT-TAGĦLIM TAʼ ĠEĦOVA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Xi pubblikaturi liema ostakli għelbu biex jattendu l-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna?
-
L-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna liema taħriġ tipprovdi?
-
Il-membri tal-kongregazzjoni kif għenu lill-gradwati fl-inkarigi ġodda tagħhom?
-
X’għandek bżonn biex tkun tistaʼ tikkwalifika ħalli tattendi l-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna? (kr 189)
-
Għal liema taħriġ ieħor tistaʼ tistinka fl-organizzazzjoni taʼ Ġeħova?