Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

“Neħħu l-Allat Barranin”

“Neħħu l-Allat Barranin”

Ġakobb kien jaf li Ġeħova jistħoqqlu devozzjoni esklużiva, għalkemm Hu kien għadu ma ta l-​ebda liġi kontra l-​idolatrija. (Eżo 20:3-5) Allura, wara li Ġeħova qallu jmur lura Betel, Ġakobb qal lil kulħadd biex ineħħi l-​idoli tiegħu. Ġakobb imbagħad ħeles mill-​idoli, inkluż imsielet, li setgħu kienu jintlibsu bħala protezzjoni. (Ġen 35:1-4) Bla dubju, Ġeħova kien kuntent b’dak li għamel Ġakobb.

Fi żmienna, kif nistgħu nagħtu devozzjoni esklużiva lil Ġeħova? Ħaġa importanti li għandna nagħmlu hi li nevitaw kwalunkwe ħaġa li għandha x’taqsam mal-​idolatrija jew l-​ispiritiżmu. Dan jinkludi li neħilsu minn kwalunkwe oġġett li għandu x’jaqsam mal-​okkult u li neżaminaw id-​divertiment tagħna sew. Pereżempju, staqsi lilek innifsek: ‘Nieħu pjaċir b’kotba jew films li fihom affarijiet bħal vampiri, zombies, jew is-​sopranaturali? Id-​divertiment tiegħi jagħmel il-​maġija, il-​magħmul, jew is-​saħta jidhru bħala li mhumiex taʼ ħsara?’ Aħna għandna noqogħdu ’l bogħod minn kull ħaġa li Ġeħova jobgħod.—Sa 97:10.

ARA L-​VIDJOW “OPPONU LIX-​XITAN,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xi problema nqalgħet lil studenta tal-​Bibbja jisimha Palesa?

  • Għala jkun għaqli li titlob l-​għajnuna tal-​anzjani jekk int, xi ħadd li taf, jew li tistudja miegħu għandu xi problema bl-​ispiritiżmu?

  • Opponi lix-Xitan, u ersaq qrib lejn Alla.—Ġk 4:7, 8

    Jekk irridu l-​protezzjoni taʼ Ġeħova, liema affarijiet għandna bżonn neħilsu minnhom?

  • Liema deċiżjoni ħadet Palesa?

  • B’liema modi tistaʼ tevita l-​influwenza tad-​demonji fejn tgħix int?