Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | ĠENESI 32-33

Qiegħed Int Taħdem Iebes Biex Tikseb il-Barka t’Alla?

Qiegħed Int Taħdem Iebes Biex Tikseb il-Barka t’Alla?

32:24-28

Biex nirċievu l-​barka taʼ Ġeħova għandna naħdmu iebes ħalli nagħmlu ċert li l-​iktar ħaġa importanti hi li naqdu lil Ġeħova. (1Ko 9:26, 27) Meta naqdu lil Ġeħova, għandu jkollna l-​istess attitudni li kellu Ġakobb meta ssara mal-​anġlu. Aħna nuru li tassew irridu l-​barka taʼ Ġeħova billi . . .

  • Nippreparaw sew għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni

  • Nipparteċipaw regolarment fil-​ministeru

  • Nagħmlu l-​aħjar li nistgħu biex ngħinu lil oħrajn fil-​kongregazzjoni

Minkejja kemm jistgħu jkunu diffiċli ċ-​ċirkustanzi tiegħek, itlob il-​ħin kollu għall-​għajnuna taʼ Ġeħova u ikseb il-​barka tiegħu għall-​isforzi kbar li qed tagħmel biex taqdih.

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘F’ħajti fiex nistaʼ nagħmel sforz ikbar biex nikseb il-​barka taʼ Ġeħova?’