Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

X’Inhi l-Iktar Ħaġa Importanti Għalija?

X’Inhi l-Iktar Ħaġa Importanti Għalija?

Ġakobb issara m’anġlu għal xi ħaġa importanti ħafna—il-​barka taʼ Ġeħova. (Ġen 32:24-31; Ħo 12:3, 4) Xi ngħidu għalina? Lesti aħna li naħdmu iebes biex nobdu lil Ġeħova u niksbu l-​barka tiegħu? Pereżempju, jekk ikollna nagħżlu bejn li nattendu laqgħa tal-​kongregazzjoni u li naħdmu xi ftit sigħat żejda fuq ix-​xogħol, liema għażla se nagħmlu? Meta nagħtu lil Ġeħova l-​aħjar mill-​ħin, l-​enerġija, u r-​riżorsi tagħna, hu se jagħtina ‘xita taʼ barkiet sakemm ma jkun jonqosna xejn iktar.’ (Mal 3:10) Hu se jiggwidana, jipproteġina, u jieħu ħsieb il-​bżonnijiet tagħna.—Mt 6:33; Eb 13:5.

ARA L-​VIDJOW IBQAʼ FFOKAT FUQ MIRI SPIRITWALI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • L-​oħt kif ġiet ittestjata b’xi ħaġa li kienet tħobb?

  • Aħna kif nistgħu niġu ttestjati bix-​xogħol tagħna?

  • Timotju għala kellu bżonn jibqaʼ jagħmel miri anke wara li sar Kristjan matur?—1Ti 4:16

  • X’inhi l-​iktar ħaġa importanti f’ħajtek?

    Kif nuru x’inhu “l-​iktar xogħol importanti” għalina?