Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħinu lill-istudenti tal-Bibbja jaslu għad-dedikazzjoni u l-magħmudija

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħinu lill-istudenti tal-Bibbja jaslu għad-dedikazzjoni u l-magħmudija

GĦALA HU IMPORTANTI: Biex jiksbu l-approvazzjoni taʼ Ġeħova, l-istudenti tal-Bibbja għandhom jiddedikaw ħajjithom lilu u jitgħammdu. (1Pt 3:21) Imbagħad, dawk li jgħixu fi qbil mad-dedikazzjoni tagħhom ikollhom protezzjoni spiritwali. (Sa 91:1, 2) Kristjan jiddedika ruħu lil Ġeħova—mhux lil xi bniedem, xogħol, jew organizzazzjoni. Għalhekk, l-istudenti għandhom bżonn jiżviluppaw imħabba u apprezzament lejn Alla.—Rum 14:7, 8.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Matul l-istudju, iddiskuti x’tikxef l-informazzjoni dwar Ġeħova. Enfasizza kemm hu importanti li naqraw il-Bibbja kuljum u nitolbu lil Ġeħova “bla waqfien.”—1Te 5:17; Ġk 4:8

  • Inkuraġġixxi lill-istudent tiegħek biex jagħmel bħala miri spiritwali id-dedikazzjoni u l-magħmudija. Ukoll, għinu jilħaq miri li jiġu qabel dawn, bħal li jikkummenta waqt il-laqgħat jew jagħti xhieda lil ġirien u lil sħabu tax-xogħol. Ftakar li Ġeħova ma jisforza lil ħadd biex jaqdih. Id-dedikazzjoni hija deċiżjoni personali.—Dt 30:19, 20

  • Immotiva lill-istudent tiegħek biex jagħmel il-bidliet meħtieġa ħalli jogħġob lil Ġeħova u jikkwalifika għall-magħmudija. (Pr 27:11) Minħabba li ċertu mġiba u drawwiet jaf ikollhom għeruq fil-fond, student tal-Bibbja forsi jkollu bżonn għajnuna kontinwa biex jinżaʼ l-personalità l-qadima u jilbes il-ġdida. (Ef 4:22-24) Urih artikli mis-serje “Il-Bibbja Tbiddel Il-Ħajjiet” fit-Torri tal-Għassa

  • Aqsam miegħu l-ferħ li esperjenzajt f’li taqdi lil Ġeħova.—Is 48:17, 18