Tgħallem mit-tixbiha tal-għaxar miniet
X’jirrappreżentaw l-aspetti differenti tal-parabbola?
-
Is-sid jirrappreżenta lil Ġesù
-
L-ilsiera jirrappreżentaw lid-dixxipli midlukin taʼ Ġesù
-
Il-flus, li s-sid jafda lill-ilsiera bihom, jirrappreżentaw il-privileġġ prezzjuż taʼ li wieħed jagħmel dixxipli
Din il-parabbola fiha twissija dwar x’jiġri jekk id-dixxipli midlukin taʼ Kristu jiżviluppaw il-kwalitajiet tal-ilsir mill-agħar. Ġesù jistenna li d-dixxipli tiegħu jużaw il-ħin, is-saħħa, u l-affarijiet materjali kollha tagħhom biex jagħmlu iktar dixxipli.
Kif nistaʼ nimita lill-Kristjani leali midlukin fix-xogħol taʼ li wieħed jagħmel dixxipli?