GĦIX BĦALA KRISTJAN
Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Insiru familjari mal-JW.ORG
GĦALA HU IMPORTANTI: Kull pubblikazzjoni fil-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim tieħdok fuq jw.org. Infatti, l-iskop primarju tal-kard tal-jw.org u tal-fuljett Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja? hu biex jidderieġu lin-nies lejn il-websajt tagħna. Int tistaʼ tuża l-jw.org biex tħalli pubblikazzjoni mill-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim billi tibgħat kopja elettronika permezz taʼ e-mail jew billi tixxerja link. Dan jistaʼ jkun speċjalment t’għajnuna meta tkun qed tagħti xhieda lil xi ħadd li jitkellem lingwa barranija. Barra minn hekk, in-nies jistgħu jistaqsu mistoqsijiet li jiġu mwieġba permezz taʼ pubblikazzjonijiet li ma jinsabux fil-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim. Jekk inkunu familjari mal-websajt, aħna nistgħu nsiru iktar effettivi fil-ministeru tagħna.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Uża s-sezzjoni “TAGĦLIM TAL-BIBBJA.” Ejja ngħidu li qed tagħti xhieda lil ġenitur li jixtieq iktar informazzjoni dwar it-trobbija tat-tfal. Mur fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > ŻWIEĠ U FAMILJA.
-
Uża s-sezzjoni “PUBBLIKAZZJONIJIET.” Ejja ngħidu li qed tagħti xhieda informali fl-iskola u trid turi lil xi ħadd tal-klassi tiegħek il-browxer Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu. Mur fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > KOTBA U BROWXERS.
-
Uża s-sezzjoni “DWARNA.” Ejja ngħidu li qed tagħti xhieda lil kollega tax-xogħol li jixtieq ikun jaf spjegazzjoni fil-qosor dwar dak li nemmnu aħna. Mur fuq DWARNA > MISTOQSIJIET KOMUNI.
ARA L-VIDJOW INSIRU FAMILJARI MAL-JW.ORG, U MBAGĦAD IKKUNSIDRA FEJN KIEKU TFITTEX FUQ IL-WEBSAJT BIEX TGĦIN:
-
ateu
-
lil xi ħadd li għadu kif għadda minn traġedja
-
lil ħu jew oħt inattiva
-
lil xi ħadd fuq żjara lura li jixtieq ikun jaf kif jiġi ffinanzjat ix-xogħol tagħna
-
lil persuna minn pajjiż ieħor li trid tattendi laqgħa f’pajjiżha