Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġesù miet għal ħuk ukoll

Ġesù miet għal ħuk ukoll

Ġesù ssagrifika ħajtu għal nies imperfetti. (Rum 5:8) Bla dubju, aħna napprezzaw li Ġesù wera mħabbtu billi ta ħajtu għalina. Imma xi kultant aħna rridu nfakkru lilna nfusna li Kristu miet għal ħuna wkoll. Kif nistgħu nuru mħabba bħal taʼ Kristu lejn ħutna li huma imperfetti bħalna? Ikkunsidra tliet modi. L-​ewwel, nistgħu nagħmlu ħbieb ġodda barra mill-​grupp tagħna u ninkludu lil uħud li kellhom trobbija differenti jew li ġejjin minn pajjiż ieħor. (Rum 15:7; 2Ko 6:12, 13) It-​tieni, nistgħu noqogħdu attenti biex nevitaw li ngħidu jew nagħmlu affarijiet li jistgħu joffendu lil oħrajn. (Rum 14:13-​15) U fl-​aħħar, jekk xi ħadd jidneb kontrina, nistgħu nkunu ħfief biex naħfru. (Lq 17:3, 4; 23:34) Jekk naħdmu iebes biex nimitaw lil Ġesù f’dawn l-​affarijiet, Ġeħova se jkompli jbierek il-​kongregazzjoni bil-​paċi u bl-​unità.

ARA L-VIDJOW SIRU ISBAĦ!, IMBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Fil-​bidu, Miki kif kienet tħossha dwar il-​kongregazzjoni tagħha?

  • X’ġegħelha tibda tħossha differenti?

  • L-​eżempju taʼ Ġesù kif għen lil Miki tirranġa l-​mod kif kienet taħsibha? (Mk 14:38)

  • Proverbji 19:11 kif jistaʼ jgħinna biex inħarsu lejn il-​Kristjani sħabna b’mod pożittiv?