Titu ġie inkarigat biex ‘jaħtar anzjani f’belt wara l-oħra.’ Illum insegwu dan l-eżempju Bibliku meta l-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet jaħtru rġiel fil-kongregazzjoni.
ĠEMGĦA LI TIGGVERNA
Billi jsegwu l-eżempju tal-ewwel seklu, il-Ġemgħa li Tiggverna tafda lill-indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet bir-responsabbiltà serja li jaħtru anzjani u qaddejja ministerjali.
INDOKRATURI LI JŻURU L-KONGREGAZZJONIJIET
Kull indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet għandu jikkunsidra bir-reqqa u bit-talb ir-rakkomandazzjonijiet mill-anzjani u mbagħad jaħtar lill-irġiel li jikkwalifikaw.
ANZJANI MAĦTURIN
Anki wara li jiġu maħturin bħala anzjani, huma għandhom jibqgħu jilħqu l-kwalifiki Skritturali.