Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għemejjel tajbin li ma jintesewx

Għemejjel tajbin li ma jintesewx

In-​nies kollha taʼ Ġeħova jistgħu jagħmlu għemejjel tajbin għal Ġeħova li qatt mhuma se jintesew. Bħal ġenitur kollu mħabba li jgħożż l-​affarijiet tajbin li jagħmlu t-​tfal tiegħu, Ġeħova ma jinsiex ix-​xogħol li nagħmlu u l-​imħabba li nuru għal ismu. (Mt 6:20; Eb 6:10) Ovvjament, l-​abbiltajiet u ċ-​ċirkustanzi jvarjaw. Madankollu, aħna nistgħu nifirħu jekk nagħmlu l-​almu tagħna fis-​servizz taʼ Ġeħova. (Ga 6:4; Kol 3:23) Matul is-​snin, eluf t’aħwa qdew f’Betel. Tistaʼ int taqdi fis-​servizz taʼ Betel bħala volontier? Jekk le, tistaʼ tinkuraġġixxi lil xi ħadd ieħor biex jagħmel dan? Jew, tistaʼ tgħin lil membru tal-​familja taʼ Betel biex ikompli jaqdi f’dan is-​servizz speċjali?

ARA L-​VIDJOW AGĦMEL LILEK INNIFSEK DISPONIBBLI BIEX TAQDI F’BETEL, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’għandu jimmotivak biex taqdi f’Betel?

  • Xi wħud x’qalu dwar il-​barkiet taʼ li jaqdu f’Betel?

  • X’inhuma l-​kwalifikazzjonijiet biex tkun tistaʼ taqdi f’Betel?

  • Kif tistaʼ tapplika biex taqdi f’Betel?