Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Qattaʼ ħin maʼ dawk li jħobbu lil Ġeħova

Qattaʼ ħin maʼ dawk li jħobbu lil Ġeħova

Għala għandna nqattgħu ħin maʼ dawk li jħobbu lil Ġeħova? Għax in-​nies li nagħmluha magħhom jeffettwawna b’mod pożittiv jew b’mod negattiv. (Pr 13:20) Pereżempju, is-​Sultan Ġeħogħas “għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova” sakemm kien iqattaʼ ħin mal-​Qassis il-​Kbir Ġeħojada. (2Kr 24:2) Wara li Ġeħojada miet, Ġeħogħas telaq lil Ġeħova minħabba sħubija ħażina.—2Kr 24:17-19.

Fl-​ewwel seklu, l-​appostlu Pawlu qabbel il-​kongregazzjoni Kristjana maʼ “dar kbira” u l-​membri tal-​kongregazzjoni maʼ “reċipjenti,” jew m’affarijiet bżonjużi fid-​dar. Aħna nibqgħu “reċipjent għal skop onorabbli” meta nevitaw sħubija mill-​qrib maʼ xi ħadd li jagħmel affarijiet li ma jogħġbux lil Ġeħova, anki jekk dan ikun membru tal-​familja tagħna jew tal-​kongregazzjoni. (2Ti 2:20, 21) Għaldaqstant, jalla nkomplu nagħmlu ħbieb maʼ dawk li jħobbu lil Ġeħova u li jinkuraġġuna naqduh.

ARA L-​VIDJOW TGĦALLEM KIF TIĊĦAD SĦUBIJA ĦAŻINA, U  MBAGĦAD STAQSI L-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Kif nistgħu nkunu qed nagħmluha maʼ kumpanija ħażina mingħajr  ma nindunaw?

  • F’dan il-​vidjow, x’għen lil tliet Kristjani biex jaqtgħu sħubija ħażina?

  • Liema prinċipji tal-​Bibbja jistgħu jgħinuk biex tagħżel b’għaqal maʼ min tagħmilha?

Jien “reċipjent għal skop onorabbli”?—2Ti 2:21