Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

STENBAĦ!

Mistoqsija: Il-maġġorparti tan-nies jixtiequ li jkollhom saħħa tajba. Int x’taħseb li nistgħu nagħmlu biex nipproteġu ruħna milli nimirdu?

Skrittura: Pr 22:3

Offerta: Din ir-rivista Stenbaħ! tiddiskuti passi li nistgħu nieħdu biex inkunu għaqlin u nnaqqsu r-riskju tal-mard.

GĦALLEM IL-VERITÀ

Mistoqsija: Huwa Alla l-kaġun tat-tbatija tagħna jew fatturi oħrajn?

Skrittura: Ġob 34:10

Verità: Alla qatt mhu l-kaġun tat-tbatija tagħna. Minflok, it-tbatija ġejja mix-Xitan, min-nies li jieħdu deċiżjonijiet ħżiena, u kultant minħabba li nkunu fil-post il-ħażin u fil-ħin il-ħażin. Meta nbatu, Alla jkun hemm biex jappoġġjana. Hu verament jimpurtah minna.

GĦALA GĦANDEK TISTUDJA L-BIBBJA? (Vidjow)

Mistoqsija: Taħseb li Alla jikkontrolla d-dinja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dak li tgħid il-Bibbja għandu mnejn jissorprendik. Dan il-vidjow qasir jagħti spjegazzjoni. [Uri l-vidjow.]

Offerta: Kapitlu 11 taʼ dan il-ktieb jiddiskuti għala Alla jippermetti t-tbatija u x’se jagħmel dwarha. [Offri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew X’Nistgħu Nitgħallmu?]

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.