Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nilħqu l-qalb bil-ktieb “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nilħqu l-qalb bil-ktieb “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”

GĦALA HU IMPORTANTI: Hemm bżonn li n-nies jitgħallmu l-livelli taʼ Ġeħova u jġibu ħajjithom fi qbil magħhom biex ikunu jistgħu jqimuh b’mod aċċettabbli. (Is 2:3, 4) Il-ktieb “Fl-Imħabba t’Alla,” it-tieni pubblikazzjoni tagħna li tiġi studjata, jgħin lill-istudenti tal-Bibbja biex jagħrfu kif il-prinċipji t’Alla japplikaw fil-ħajja taʼ kuljum. (Eb 5:14) Jeħtieġ li nilħqulhom qalbhom meta ngħallmuhom ħalli jkollhom il-motivazzjoni xierqa biex jagħmlu l-bidliet.—Rum 6:17.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ipprepara sew billi żżomm f’moħħok il-bżonnijiet tal-istudent tiegħek. Ipprova aħseb x’mistoqsijiet tistaʼ ssaqsi ħalli tkun taf x’qed jaħseb u x’qed iħoss dwar il-materjal.—Pr 20:5; be 259

  • Uża l-kaxxi li hemm fil-ktieb biex tgħin l-istudent tiegħek jifhem il-valur taʼ li japplika l-prinċipji tal-Bibbja

  • Għin lill-istudent tiegħek jirraġuna fuq affarijiet taʼ kuxjenza, imma tiddeċidix għalih.—Ga 6:5

  • Bit-tattika, iddeċiedi jekk l-istudent tiegħek għandux bżonn għajnuna ħalli japplika ċerti prinċipji tal-Bibbja. B’qalb tajba, inkuraġġih biex jagħmel deċiżjonijiet ibbażati fuq l-imħabba li jkollu għal Ġeħova.—Pr 27:11; Ġw 14:31