Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħinu lil dawk li għandhom “attitudni xierqa” jsiru dixxipli

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Ngħinu lil dawk li għandhom “attitudni xierqa” jsiru dixxipli

GĦALA HU IMPORTANTI: Ġeħova jkabbar iż-​żerriegħa tal-​verità fil-​qalb taʼ dawk li għandhom “attitudni xierqa lejn il-​ħajja taʼ dejjem.” (At 13:48; 1Ko 3:7) Aħna naħdmu flimkien miegħu billi fil-​ministeru niffokaw l-​isforzi tagħna fuq dawk l-​uħud li jaġixxu fi qbil maʼ dak li jitgħallmu. (1Ko 9:26) L-​istudenti tal-​Bibbja għandhom bżonn jifhmu li l-​magħmudija Kristjana hi meħtieġa biex isalvaw. (1Pt 3:21) Aħna ngħinuhom isiru dixxipli billi ngħallmuhom jagħmlu bidliet f’ħajjithom, jippritkaw u jgħallmu, u jiddedikaw ħajjithom lil Ġeħova.—Mt 28:19, 20.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Fakkar lill-​istudenti tal-​Bibbja li l-​iskop tal-​istudju hu biex jgħinhom isiru jafu lil Ġeħova u jogħġbuh.—Ġw 17:3

  • Għinhom jagħmlu progress spiritwali billi jegħlbu ostakli, bħal drawwiet ħżiena u sħubija dubjuża

  • Saħħaħhom u inkuraġġihom qabel u wara li jitgħammdu.—At 14:22

ARA L-​VIDJOW ALLA ĠEĦOVA SE JGĦINEK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Dak li jkun minn xiex jistaʼ jibżaʼ u b’hekk iżomm lura milli jiddedika ruħu u jitgħammed?

  • L-​anzjani kif jistgħu jgħinu lill-​istudenti tal-​Bibbja biex jagħmlu progress spiritwali?

  • X’nitgħallmu dwar Ġeħova minn Isaija 41:10?

  • Liema kwalitajiet se jippermettulna naqdu lil Ġeħova b’mod aċċettabbli, minkejja li aħna imperfetti?

Kif naħdmu flimkien maʼ Ġeħova f’li nagħmlu dixxipli?