Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Faħħar lil Ġeħova mill-qalb bil-kant

Faħħar lil Ġeħova mill-qalb bil-kant

Pawlu u Sila faħħru lil Ġeħova bil-​kant meta kienu l-​ħabs. (At 16:25) Bla dubju, il-​kant għenhom biex jissaportu. Xi ngħidu għalina llum? Għanjiet li jintużaw għall-​qima u kanzunetti li nsibuhom fil-​JW Broadcasting jistgħu jinkuraġġuna u jgħinuna nibqgħu leali meta nkunu għaddejjin minn prova. Iktar minn hekk, ifaħħru lil Ġeħova. (Sa 28:7) Aħna niġu inkuraġġiti biex nitgħallmu bl-​amment minn tal-​inqas ftit mill-​għanjiet. Ippruvajt tagħmel hekk? Nistgħu nużaw il-​qima bħala familja biex nipprattikaw l-​għanjiet u nitgħallmu l-​lirika jew il-​kliem.

ARA L-​VIDJOW TFAL IFAĦĦRU LIL ĠEĦOVA BIL-KANT, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Li nkantaw l-​għanjiet tas-​Saltna, x’effett tajjeb jistaʼ jħalli fuqna?

  • Id-​Dipartimenti tal-​Awdjo/Vidjow kif jippreparaw biex jirrekordjaw sessjoni tal-​kant?

  • It-​tfal u l-​familji tagħhom kif jippreparaw għar-​rekording?

  • Liema huma l-​għanjiet tas-​Saltna favoriti tiegħek, u għala?