Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inkunu flessibbli

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inkunu flessibbli

GĦALA HU IMPORTANTI: Il-​midlukin u n-​nagħaġ oħrajn jistiednu lil nies taʼ kull xorta biex ‘jieħdu l-​ilma tal-​ħajja b’xejn.’ (Ri 22:17) Dan l-​ilma simboliku jirrappreżenta l-​provvedimenti kollha taʼ Ġeħova biex jeħles lill-​bnedmin ubbidjenti mid-​dnub u l-​mewt. Sabiex ngħinu lin-​nies li għandhom drawwiet u twemmin reliġjuż differenti, irridu nippreżentaw l-​“aħbar tajba taʼ dejjem” b’tali mod li tolqothom b’mod persunali.—Ri 14:6.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Agħżel suġġett u skrittura li se tmiss il-​qlub tan-​nies fit-​territorju tiegħek. Tistaʼ tagħżel eżempju taʼ konversazzjoni jew xi ħaġa li kellek suċċess biha. Liema suġġetti u skritturi jintlaqgħu tajjeb? Ġara xi ħaġa dan l-​aħħar li ħafna nies qed jitkellmu dwarha? X’jistaʼ jkun t’interess għal raġel jew mara?

  • Fil-​konversazzjoni tiegħek, inkludi tislimiet u drawwiet li huma komuni fl-​inħawi tiegħek.2Ko 6:3, 4

  • Kun midħla tal-​pubblikazzjonijiet u l-​vidjows li għandna fil-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim, sabiex tużahom maʼ xi ħadd li juri interess

  • Iddawnlowdja informazzjoni bil-​lingwi tan-​nies li għandek mnejn tiltaqaʼ magħhom fit-​territorju tiegħek

  • Addatta s-​suġġett skont il-​bżonnijiet tal-​inkwilin. (1Ko 9:19-23) Pereżempju, x’tistaʼ tgħid jekk issir taf li dan l-​aħħar l-​inkwilin mietlu xi ħadd?

ARA L-​VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB DAWN IL-​MISTOQSIJIET:

  • Il-​pubblikatur fuq liema suġġett beda jitkellem mal-​inkwilin?

  • X’kien qed jiġri fil-​ħajja tal-​inkwilin?

  • F’din l-​okkażjoni, liema skrittura kienet tixraq l-​iktar, u għala?

  • Int kif taddatta l-​preżentazzjoni tiegħek biex tolqot lin-​nies fit-​territorju tiegħek?