Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ibqaʼ Uża r-Rivisti

Ibqaʼ Uża r-Rivisti

Mill-​2018 ’l hawn, ir-​rivisti tagħna għall-​pubbliku kien fihom suġġett wieħed kull ħarġa. Dawn ir-​rivisti kollha huma parti mill-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim tagħna. Għalhekk, nistgħu nużawhom fil-​ministeru. Nistgħu wkoll nieħdu xi ftit minnhom magħna waqt li nkunu qed nivvjaġġaw jew nixtru. Ir-​rivisti mhumiex magħmulin biex tistudja l-​Bibbja maʼ xi ħadd, imma jistgħu jqajmu l-​interess spiritwali taʼ dak li jkun.

Wara li tibda konversazzjoni, aqsam skrittura u semmi suġġett taʼ rivista li jistaʼ jinteressa lill-​persuna. Pereżempju, jekk ikollu t-​tfal jew għaddej minn stress u inkwiet, tistaʼ tgħid: “Dan l-​aħħar qrajt artiklu tajjeb dwar dan is-​suġġett. Nistaʼ nurihulek?” Jekk tara li hu interessat, tistaʼ tagħtih kopja stampata jew tibgħatlu kopja elettronika tagħha, anke fl-​ewwel konversazzjoni. Għalkemm li nħallu l-​letteratura mhijiex il-​mira prinċipali tagħna, ir-​rivisti jistgħu jgħinuna nsibu lil dawk li huma lesti jaġixxu fuq dak li jitgħallmu.—At 13:48.

2018

2019

2020

 

Liema suġġetti jinteressaw lin-​nies fit-​territorju tiegħek?