Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għin lil uliedek ikabbru fidi soda fil-Ħallieq

Għin lil uliedek ikabbru fidi soda fil-Ħallieq

Il-ħolqien jiddikjara l-glorja taʼ Ġeħova. (Sa 19:1-4; 139:14) Madankollu, id-dinja tax-Xitan tippromwovi teoriji dwar l-oriġini tal-ħajja li jiddiżonoraw lil Alla. (Rum 1:18-25) Kif tistaʼ ma tħallix ideat bħal dawn irabbu l-għeruq fil-moħħ u l-qalb taʼ wliedek? Minn età żgħira, għinhom jiżviluppaw fidi li Ġeħova jeżisti u jieħu ħsiebhom b’mod personali. (2Ko 10:4, 5; Ef 6:16) Sir af il-ħsibijiet profondi tagħhom ħalli tkun taf x’qed jitgħallmu l-iskola, u uża l-ħafna għodda disponibbli biex tilħaq qalbhom.—Pr 20:5; Ġk 1:19.

ARA L-VIDJOW DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK—GĦALA GĦANDI NEMMEN B’ALLA, U MBAGĦAD IKKUNSIDRA L-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’inhi ħrafa komuni dwar it-twemmin f’Alla?

  • X’jiġi mgħallem l-iskola tiegħek?

  • X’jikkonvinċik li Ġeħova jeżisti?

  • Kif tistaʼ tgħin lil xi ħadd jirraġuna li Alla ħalaq kollox?