Kristu bata għalina
“Hu kien mistmerr u skartat min- nies . . . aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat, imsawwat, u milqut bis- sofferenza minn Alla”
-
Ġesù kien mistmerr u akkużat bħala wieħed midgħi. Xi wħud emmnu li Alla kien qed jikkastigah, bħallikieku kien qed jolqtu b’marda moqżieża
“Ġeħova għoġbu jfarrku; . . . u kulma jogħġob lil Ġeħova jirnexxi f’idu”
-
Bla dubju, Ġeħova bata meta ra ’l Ibnu jiġi maqtul. Imma hu ħa pjaċir ħafna jara l-
lealtà assoluta taʼ Ġesù. Il- mewt taʼ Ġesù pprovdiet tweġiba għall- isfida taʼ Satana rigward il- lealtà tal- qaddejja t’Alla u ġabet benefiċċji għan- nies niedma. B’hekk, il- mewt taʼ Ġesù għenet biex titwettaq ir- rieda taʼ Ġeħova