Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Uża l-letteratura Biblika bil-għaqal

Uża l-letteratura Biblika bil-għaqal

Ġesù għallem: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mt 10:8) Aħna nobdu din id-direzzjoni ċara billi lin-nies ma nitolbuhomx flus għall-Bibbja jew għal-letteratura tagħna li hi bbażata fuq il-Bibbja. (2Ko 2:17) Minkejja dan, dawn il-pubblikazzjonijiet fihom veritajiet prezzjużi mill-Kelma t’Alla. Hemm sforz u spejjeż kbar involuti biex il-letteratura tagħna tiġi stampata u tintbagħat lill-kongregazzjonijiet madwar id-dinja. Għaldaqstant, għandna nieħdu biss kemm għandna bżonn.

Uża d-dixxerniment meta tħalli l-letteratura m’oħrajn, anki meta tipprietka f’postijiet pubbliċi. (Mt 7:6) Minflok ma sempliċiment tħalli l-letteratura lil dawk li jkunu għaddejjin, agħmel sforz biex titkellem magħhom ħalli tinduna jekk humiex interessati. Tistaʼ int twieġeb iva għal tal-inqas waħda mill-mistoqsijiet li hemm fil-kaxxa tal-lemin? Jekk ma tafx jekk l-individwu hux interessat jew le, ikun aħjar li tħallilu fuljett. Ovvjament, jekk isaqsi għal rivista jew għal xi pubblikazzjoni oħra, għandna nħalluhielu bil-qalb kollha.—Pr 3:27, 28.