Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ISAIJA 63-66

Smewwiet ġodda u art ġdida se jġibu ferħ kbir

Smewwiet ġodda u art ġdida se jġibu ferħ kbir

Il-wegħda t’Alla li jagħmel kollox ġdid imniżżla f’Isaija kapitlu 65 tant hi ċerta li Ġeħova jitkellem dwarha bħallikieku diġà qed iwettaqha.

Ġeħova joħloq smewwiet ġodda u art ġdida fejn l-affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux

65:17

X’inhuma s-smewwiet ġodda?

  • Gvern ġdid li se jġib kundizzjonijiet ġusti fuq l-art

  • Dan ġie stabbilit fis-sena 1914 meta Kristu ġie maħtur bħala s-Sultan tas-Saltna t’Alla

X’inhi l-art ġdida?

  • Nies minn kull nazzjon, lingwa, u razza li b’ferħ huma lesti li jkunu sottomessi lejn it-tmexxija tal-gvern il-ġdid tas-sema

L-affarijiet taʼ qabel kif mhux se jitfakkru?

  • Il-kaġun taʼ memorji koroh—tbatija fiżika, mentali, u emozzjonali—mhux se jibqaʼ jeżisti

  • Nies leali se jgawdu l-ħajja għalkollox u se jgħożżu l-memorji sbieħ taʼ kull ġurnata li tgħaddi