Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Thennew bit-tama

Thennew bit-tama

It-tama hi bħal ankra. (Eb 6:19) Din tgħinna nevitaw nawfraġju spiritwali meta niffaċċjaw baħar imqalleb. (1Ti 1:18, 19) Baħar imqalleb jistaʼ jinkludi diżappunti personali, telf t’affarijiet materjali, marda fit-tul, il-mewt taʼ xi ħadd maħbub, jew kwalunkwe ħaġa li tistaʼ tpoġġi fil-periklu l-integrità tagħna.

Il-fidi u t-tama jippermettulna naraw ċar il-premju mwiegħed. (2Ko 4:16-18; Eb 11:13, 26, 27) Allura, kemm jekk it-tama tagħna hi għas-sema u kemm jekk għall-art, hemm bżonn li nżommuha b’saħħitha billi regolarment nimmeditaw fuq il-wegħdi mniżżlin fil-Kelma t’Alla. Imbagħad, meta nkunu inkwetati minħabba l-provi, se jkun iktar faċli biex nibqgħu ferħanin.—1Pt 1:6, 7.

ARA L-VIDJOW THENNEW BIT-TAMA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Mosè għala hu eżempju taʼ min jimitah?

  • X’responsabbiltà taqaʼ fuq il-kapijiet tal-familja?

  • X’suġġetti tistaʼ tikkunsidra waqt il-qima bħala familja?

  • It-tama kif tistaʼ tgħinek tiffaċċja l-provi b’fiduċja?

  • Għal xiex tħares ’il quddiem?