Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | MATTEW 14-15

Ħafna jiġu mitmugħin minn ftit uħud

Ħafna jiġu mitmugħin minn ftit uħud

Eżatt qabel il-​Qbiż tas-​sena 32, Ġesù wettaq miraklu, l-​uniku wieħed li ġie mniżżel mill-​kittieba kollha tal-​Evanġelji, l-​erbgħa li huma.

Permezz taʼ dan il-​miraklu, Ġesù ħalla mudell li għadu jimxi fuqu fi żmienna.

14:16-21

  • Ġesù inkariga lid-​dixxipli tiegħu biex jitimgħu eluf taʼ nies, allavolja kellhom biss ħames ħobżiet u żewġ ħutiet

  • Ġesù ħa l-​ħobż u l-​ħut u, wara li talab, qassamhom lid-​dixxipli tiegħu u huma, min-​naħa tagħhom, qassmuhom lill-​folol

  • B’mod mirakoluż, kien hemm iktar minn biżżejjed ikel għal kulħadd. Ġesù temaʼ eluf permezz taʼ ftit uħud—id-​dixxipli tiegħu

  • Ġesù bassar li matul l-​aħħar jiem, hu kien se jipprovdi mezz biex jagħti “l-​ikel [spiritwali] fiż-​żmien xieraq.”—Mt 24:45

  • Fl-​1919, Ġesù ħatar “l-​ilsir leali u għaqli,” grupp żgħir taʼ aħwa rġiel midlukin, fuq “il-​qaddejja taʼ daru,” dawk li qed jirċievu l-​ikel spiritwali

  • Permezz taʼ dan il-​grupp żgħir taʼ aħwa rġiel midlukin, Ġesù qed jimxi fuq l-​eżempju li hu kien ħalla fl-​ewwel seklu

Jien kif nistaʼ nuri li nirrikonoxxi u nirrispetta l-​mezz li Ġesù qed juża biex jitmaʼ l-​poplu tiegħu spiritwalment?