Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MATTEW 12-13

It-tixbiha tal-qamħ u s-sikrana

It-tixbiha tal-qamħ u s-sikrana

Ġesù uża l-​qamħ u s-​sikrana biex juri kif u meta kien se jieħu l-​klassi tal-​Kristjani midlukin minn fost il-​bnedmin. Iż-​żrigħ beda fis-​sena 33.

13:24

‘Raġel żeraʼ żerriegħa tajba fl-​għalqa tiegħu’

  • Dak li żeraʼ: Ġesù Kristu

  • Tinżeraʼ żerriegħa tajba: Id-​dixxipli taʼ Ġesù jiġu midlukin bl-​ispirtu qaddis

  • L-​għalqa: Il-​bnedmin

13:25

“Waqt li n-​nies kienu reqdin, ġie l-​għadu tiegħu u żeraʼ s-​sikrana”

  • L-​għadu: Ix-​Xitan

  • In-​nies li kienu reqdin: Il-​mewt tal-​appostli

13:30

“Ħalluhom jikbru t-​tnejn flimkien sal-​ħsad”

  • Il-​qamħ: Il-​Kristjani midlukin

  • Is-​sikrana: Il-​Kristjani foloz

“Iġbru l-​ewwel is-​sikrana . . . , imbagħad morru iġbru l-​qamħ”

  • L-​ilsiera/il-​ħassada: L-​anġli

  • Jinġabar il-​qamħ: Kristjani foloz jiġu separati mill-​Kristjani midlukin

  • Il-​ġbir fil-​maħżen: Kristjani midlukin jinġabru fil-​kongregazzjoni li ġiet imnaddfa

Meta beda l-​istaġun tal-​ħsad, x’kien li għamel lill-​Kristjani veri differenti minn dawk foloz?

Jien kif nibbenefika meta nifhem din it-​tixbiha?