“Alla jirrikkmandalna mħabbtu”
Ir-rigal tal-fidwa li ta Ġeħova hu importanti ħafna biex inaddaf ir-reputazzjoni taʼ Ġeħova u jagħti prova li għandu d-dritt imexxi u li l-mod kif hu jmexxi hu l-aħjar mod. Imma l-fidwa tagħmilha possibbli wkoll li nsiru ħbieb taʼ Ġeħova issa u toffri t-tama taʼ futur mimli ferħ għall-bnedmin ubbidjenti kollha.
Kif nistgħu nuru l-gratitudni tagħna għar-rigal tal-fidwa?
-
Id-dedikazzjoni u l-magħmudija juru li għandna fidi fil-fidwa u li aħna nixtiequ nkunu taʼ Ġeħova
-
Meta nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla nkunu qed nuru li qed nimitaw l-imħabba li Ġeħova għandu għal kull xorta taʼ nies.—Mt 22:39; Ġw 3:16
B’liema modi oħra nistaʼ nuri l-gratitudni tiegħi lejn Ġeħova għar-rigal tal-fidwa?