Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

Ibqaʼ stenna bis-sabar

Ibqaʼ stenna bis-sabar

Kemm ilek tistenna biex tiġi s-​Saltna t’Alla? Qiegħed int tissaporti bil-​paċenzja minkejja xi sitwazzjoni diffiċli? (Rum 8:25) Xi Kristjani jiffaċċjaw mibegħda, trattament ħażin, priġunerija, jew saħansitra theddid taʼ mewt. Ħafna oħrajn ikollhom ikampaw maʼ provi bħal mard kroniku jew età avanzata.

X’se jgħinna nistennew bil-​ħerqa minkejja li jkollna l-​provi? Għandna bżonn inżommu l-​fidi tagħna b’saħħitha billi naqraw il-​Bibbja kuljum u nimmeditaw fuqha. Għandna bżonn niffokaw fuq it-​tama tagħna. (2Ko 4:16-​18; Eb 12:2) Għandna bżonn nitolbu lil Ġeħova bil-​ħrara għall-​qawwa tal-​ispirtu qaddis tiegħu. (Lq 11:10, 13; Eb 5:7) Missierna kollu mħabba jistaʼ jgħinna ‘nissaportu bis-​sħiħ u nibqgħu nistabru bil-​ferħ.’—Kol 1:11.

ARA L-​VIDJOW GĦANDNA “NIĠRU BIS-​SABAR”—KUN KUNFIDENTI LI TIKSEB IL-​PREMJU, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Liema “ġrajjiet mhux mistennijin” jistgħu jinqalgħu fil-​ħajja? (Ek 9:11)

  • It-​talb kif jgħinna meta niffaċċjaw il-​provi?

  • Jekk ma nistgħux nagħmlu daqskemm konna fis-​servizz taʼ Ġeħova, għala għandna niffokaw fuq dak li għadna nistgħu nagħmlu?

  • Żomm ħarstek fuq ir-rigal

    X’se jgħinek tibqaʼ fiduċjuż li se tikseb il-​premju?