Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwaqqfu studji tal-Bibbja li mhux jagħmlu progress

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwaqqfu studji tal-Bibbja li mhux jagħmlu progress

GĦALA HU IMPORTANTI: In-​nies għandhom isejħu isem Ġeħova biex jiġu salvati. (Rum 10:13, 14) Imma mhux kull min jaċċetta studju tal-​Bibbja jkun lest li jgħix fi qbil mal-​livelli taʼ Ġeħova. Aħna nagħmlu l-​aħjar użu mill-​ħin prezzjuż tagħna fil-​ministeru billi ngħinu lil dawk li verament iridu jagħmlu bidliet f’ħajjithom biex jogħġbu lil Ġeħova. Jekk student tal-​Bibbja ma jagħmilx progress konsiderevoli wara perjodu taʼ żmien raġunevoli, ikun għaqli li nwaqqfu l-​istudju u minflok nużaw il-​ħin biex ngħinu lil dawk li Ġeħova qed jiġbed lejh u lejn l-​organizzazzjoni tiegħu. (Ġw 6:44) Ovvjament, jekk wara xi żmien il-​persuna tagħmel xi bidliet u turi li għandha “attitudni xierqa lejn il-​ħajja taʼ dejjem,” aħna minn qalbna nerġgħu nkomplu l-​istudju.—At 13:48.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Faħħar lill-​istudent talli jixtieq jikseb għarfien eżatt.—1Ti 2:4

  • Enfasizza l-​importanza taʼ li japplika dak li jitgħallem.—Lq 6:46-​49

  • Bil-​ħlewwa ddiskuti t-​tixbiha taʼ Ġesù dwar ir-​raġel li ħareġ jiżraʼ, u staqsih jikkunsidra x’jistaʼ jkun qed iżommu lura.—Mt 13:18-​23

  • Spjega bit-​tattika għala ħa twaqqaf l-​istudju

  • Għidlu li se tmur iżżuru minn żmien għal ieħor biex tinkuraġġih u li l-​istudju jistaʼ jkompli fil-​futur jekk jagħmel progress

ARA L-​VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • F’din il-​konversazzjoni x’juri li l-​istudent ma kienx qed jagħmel progress?

  • Il-​pubblikatur kif għen l-​istudent jifhem li kellu jagħmel bidliet?

  • Il-​pubblikatur x’għamel biex ħalla l-​bieb miftuħ ħalli jkun jistaʼ jitkompla l-​istudju fil-​futur?