Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

Tinnota int il-kwalitajiet inviżibbli t’Alla?

Tinnota int il-kwalitajiet inviżibbli t’Alla?

Meta tħares lejn fjura kollha kuluri, sema mimlija kwiekeb, jew il-​mewġ tal-​baħar iħabbat mal-​blat, tara int xogħol idejn il-​Ħallieq? Il-​ħolqien madwarna juri b’mod ċar il-​kwalitajiet inviżibbli taʼ Ġeħova. (Rum 1:20) Billi nieqfu u nirriflettu fuq dak li naraw b’għajnejna, aħna se nkunu nistgħu ninnotaw il-​qawwa, l-​imħabba, l-​għerf, u l-​ġustizzja t’Alla, kif ukoll il-​ġenerożità tiegħu.—Sa 104:24.

X’inhuma xi ftit mix-​xogħlijiet tal-​ħolqien taʼ Ġeħova li tinnota kuljum? Anki jekk tgħix f’belt, xorta tistaʼ tara għasafar jew siġar. Il-​fatt li nosservaw bir-​reqqa l-​ħolqien taʼ Ġeħova jistaʼ jgħinna biex innaqqsu l-​ansjetà, niffokaw fuq l-​iktar affarijiet importanti, u nsaħħu l-​fidi tagħna fl-​abbiltà taʼ Ġeħova li jieħu ħsiebna għall-​eternità kollha. (Mt 6:25-​32) Jekk għandek it-​tfal, għinhom jinnotaw il-​kwalitajiet superjuri taʼ Ġeħova. Hekk kif inkabbru l-​apprezzament tagħna għall-​ħolqien taʼ madwarna, se nersqu eqreb tal-​Ħallieq.—Sa 8:3, 4.

ARA L-​VIDJOW THE WONDERS OF CREATION REVEAL GOD’S GLORY—LIGHT AND COLOR, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala naraw il-​kuluri?

  • X’inhu li jagħmel il-​kuluri jkanġu?

  • Għala naraw kuluri differenti fis-​sema?

  • Liema kuluri li jispikkaw fil-​ħolqien rajt viċin fejn toqgħod int?

  • Għala għandna nieħdu l-​ħin biex nosservaw bir-​reqqa l-​ħolqien?

Id-dawl u l-kuluri x’juru dwar il-kwalitajiet taʼ Ġeħova?