Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 52-59

“Ixħet toqlok fuq Ġeħova”

“Ixħet toqlok fuq Ġeħova”

David esperjenza ħafna provi ħorox matul ħajtu. Saż-żmien li nkiteb Salm 55, hu kien għadda minn diversi tbatijiet bħal . . .

  • Tgħajjir

  • Persekuzzjoni

  • Sentimenti taʼ ħtija

  • Traġedji fil-familja

  • Mard

  • Tradiment

Anki meta ħass li t-toqol tiegħu kien wisq biex jissaportih, David xorta sab mod kif ikampa. Għal dawk li forsi jħossuhom l-istess, David jagħti dan il-parir ispirat: “Ixħet toqlok fuq Ġeħova.”

Illum, kif nistgħu napplikaw dan il-vers?

55:22

  1. Itlob lil Ġeħova mill-qalb u għidlu kull problema, ansjetà, jew tħassib li jkollok

  2. Fittex il-gwida u l-appoġġ mill-Kelma taʼ Ġeħova u l-organizzazzjoni tiegħu

  3. B’mod raġunevoli, agħmel kulma tistaʼ biex ittejjeb is-sitwazzjoni fi qbil mal-prinċipji tal-Bibbja