Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nużaw il-vidjows biex ngħallmu

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nużaw il-vidjows biex ngħallmu

GĦALA HU IMPORTANTI:

Il-vidjows jistgħu jilħqu qalb in-nies għax iħajruhom jarawhom u jisimgħuhom. Dawn jgħinu biex iżommu l-attenzjoni taʼ dak li jkun u jħallu impatt fuqu. Ġeħova ħalla l-aqwa eżempju f’li juża għajnuniet viżwali biex jgħallem.—At 10:9-16; Ri 1:1.

Il-vidjows Alla għandu isem?, Min hu l-awtur tal-Bibbja?, u Kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbja hi vera? huma miżjuda maʼ lezzjonijiet 2 u 3 tal-browxer Aħbar Tajba. Il-vidjows Għala għandek tistudja l-Bibbja?, X’jiġri matul studju tal-Bibbja?, u X’jiġri f’Sala tas-Saltna?, iħeġġu lil dak li jkun biex jistudja l-Bibbja magħna jew jattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni. Anki xi vidjows oħra minn tagħna li huma itwal jistgħu jintużaw biex tgħallem waqt studji tal-Bibbja.—km 5/13 3.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Niżżel minn qabel il-vidjow li trid turi lill-inkwilin

  • Ħejji mistoqsija jew tnejn li se jitwieġbu fil-vidjow

  • Araw il-vidjow flimkien

  • Iddiskutu l-punti prinċipali

IPPROVA DAN:

  • Mur fuq in-naħa taʼ wara taʼ wieħed mill-fuljetti tagħna, u iġbed l-attenzjoni lejn il-kodiċi li jieħdok fuq il-vidjow Għala għandek tistudja l-Bibbja?

  • Uri l-vidjow Kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbja hi vera?, offri l-browxer Aħbar Tajba, u enfasizza lezzjoni 3