GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġenituri, agħtu lil uliedkom l-aqwa ċans biex jirnexxu
Ix-xewqa taʼ ġenituri li jħobbu lil Ġeħova hi li jaraw lit-tfal tagħhom isiru qaddejja leali tiegħu. Il-ġenituri jistgħu jgħinuhom jagħmlu dan billi minn meta jkunu għadhom żgħar ħafna jdaħħlu f’qalb uliedhom it-tagħlim tal-Bibbja. (Dt 6:7; Pr 22:6) Jirrikjedi dan sagrifiċċji persunali? Dażgur! Imma meta tqis il-barkiet, l-isforz hu worth it.—3Ġw 4.
Il-ġenituri jistgħu jitgħallmu ħafna minn Ġużeppi u Marija. Huma “kienu mdorrijin li minn sena għal sena jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Qbiż,” allavolja dan kien jirrikjedi ħafna xogħol u jiswiehom il-flus. (Lq 2:41) Milli jidher, l-iktar ħaġa importanti għall-familja tagħhom kienet li jersqu eqreb taʼ Ġeħova. B’mod simili, illum il-ġenituri jistgħu jiggwidaw lit-tfal tagħhom fid-direzzjoni t-tajba billi jieħdu kull opportunità biex jgħallmuhom bil-kliem u bl-eżempju.—Sa 127:3-5.
ARA L-VIDJOW ĦADU KULL OPPORTUNITÀ, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Jon u Sharon Schiller kif komplew jaqdu lil Ġeħova waqt li kienu qed irabbu familja?
-
Il-ġenituri għala għandhom jgħallmu, jiggwidaw, u jikkoreġu lit-tfal tagħhom skont il-bżonnijiet taʼ kull wieħed minnhom?
-
Il-ġenituri kif jistgħu jippreparaw lil uliedhom biex jibqgħu sodi fil-fidi waqt li jkunu għaddejjin minn provi?
-
Liema għodod provduti mill-organizzazzjoni taʼ Ġeħova użajt biex tgħin lit-tfal tiegħek isiru ħbieb taʼ Ġeħova?