GĦIX BĦALA KRISTJAN
Evita l-perikli meta tuża s-social network
GĦALA IMPORTANTI: Bħal ħafna għodod, is-social networks jistgħu jkunu t’għajnuna jew taʼ periklu. Xi Kristjani jagħżlu li ma jużawhomx. Kristjani oħra jużawhom biex iżommu kuntatt mal-familja u l-ħbieb. Imma x-Xitan iridna nużaw is-social networks b’mod ħażin. Dan jistaʼ jwassal biex inħassru r-reputazzjoni tagħna u nitilfu l-ħbiberija li għandna maʼ Ġeħova. Bħal Ġesù, nistgħu nużaw prinċipji mill-Kelma t’Alla biex nindunaw bil-perikli u nevitawhom.—Lq 4:4, 8, 12.
PERIKLI LI GĦANDEK TEVITA:
-
Li tuża l-midja soċjali żżejjed. Li nqattgħu sigħat twal fuq is-social networks jew il-midja soċjali jistaʼ jisirqilna ħin prezzjuż li nistgħu nużawh għal Ġeħova
Prinċipji Bibliċi: Ef 5:15, 16; Flp 1:10
-
Li tara affarijiet dubjużi. Li tħares lejn stampi provokattivi jistaʼ jwasslek għall-vizzju tal-pornografija jew l-immoralità. Li taqra materjal jew bloggs tal-apostati jistaʼ jdgħajjiflek il-fidi tiegħek
-
Li tippowstja kummenti jew ritratti mhux xierqa. Peress li l-qalb hi qarrieqa, persuna tistaʼ titħajjar tippowstja fuq is-social network ritratti jew kummenti li ma jkunux xierqa. Imma dan jistaʼ jħassar ir-reputazzjoni taʼ dik il-persuna jew idgħajfilha l-fidi tagħha
Prinċipji Bibliċi: Rum 14:13; Ef 4:29
ARA L-VIDJOW OQGĦOD ATTENT META TUŻA S-SOCIAL NETWORK, U MBAGĦAD ARA KIF TISTAʼ TEVITA DAWN IS-SITWAZZJONIJIET: