GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ikseb iktar benefiċċju mill-istudju persunali tiegħek
GĦALA HU IMPORTANTI: Studju persunali tal-Kelma t’Alla se jgħinna biex ‘nifhmu bis-sħiħ il-wisaʼ u t-tul u l-għoli u l-fond’ tal-verità. (Ef 3:18) Jgħinna wkoll biex nibqgħu bla ħtija u bla difett fost dinja mill-agħar u biex inżommu “qabda soda mal-kelma tal-ħajja.” (Flp 2:15, 16) Bi studju persunali tal-Kelma t’Alla, inkunu nistgħu nagħżlu liema materjal għandna bżonn bħala individwi. X’nistgħu nagħmlu biex nibbenefikaw kemm jistaʼ jkun mill-qari u l-istudju tal-Bibbja?
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Immarka versi u agħmel noti fil-Bibbja li tuża għall-istudju persunali tiegħek, kemm jekk il-Bibbja hi stampata jew f’format elettroniku
-
Saqsi lilek innifsek dawn il-mistoqsijiet hekk kif taqra l-Kelma t’Alla: ‘Min? Xiex? Meta? Fejn? Għala? Kif?’
-
Sir af il-fatti. Billi tuża l-għodod taʼ riċerka li għandek disponibbli, tistaʼ tfittex skont is-suġġett jew il-vers tal-Bibbja
-
Immedita fuq dak li taqra ħalli tara kif tistaʼ tapplika l-informazzjoni għalik
-
Applika dak li titgħallem fil-ħajja taʼ kuljum.—Lq 6:47, 48
ARA L-VIDJOW ŻOMM “QABDA SODA”—PERMEZZ TAʼ STUDJU PERSONALI EFFETTIV, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Xi wħud kif iddeskrivew l-istudju persunali?
-
Għala għandna dejjem nibdew l-istudju persunali tagħna b’talba?
-
X’jistaʼ jgħinna nifhmu silta tal-Bibbja aħjar?
-
X’marki nistgħu npoġġu fil-Bibbja li nużaw għall-istudju?
-
Għala hu importanti ħafna li nimmeditaw meta nistudjaw il-Kelma t’Alla?
-
X’għandna nagħmlu b’dak li nitgħallmu?