Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | GALATIN 4-6

“Dramm simboliku” b’tifsir għalina

“Dramm simboliku” b’tifsir għalina

4:24-31

L-​appostlu Pawlu uża dan id-​“dramm simboliku” biex juri li l-​patt il-​ġdid hu superjuri għall-​patt tal-​Liġi. Taħt is-​superviżjoni kollha mħabba taʼ Kristu u l-​werrieta sħabu, il-​bnedmin kollha għandhom it-​tama li jinħelsu mid-​dnub, l-​imperfezzjoni, in-​niket, u l-​mewt.—Is 25:8, 9.

 

ĦAGAR—L-​ILSIRA

L-​Iżraelin li kienu taħt il-​patt tal-​Liġi, b’Ġerusalemm bħala l-​belt kapitali

SARA—IL-​ĦIELSA

Ġerusalemm taʼ fuq, jiġifieri l-​parti tal-​organizzazzjoni t’Alla fis-​sema

“ULIED” ĦAGAR

In-​nies Lhud (li wiegħdu li jobdu l-​patt tal-​Liġi Mosajka) ippersegwitaw u ċaħdu lil Ġesù

“ULIED” SARA

Kristu u l-​144,000 Kristjan midluk bl-​ispirtu

ILSIERA TAL-​PATT TAL-​LIĠI

Il-​Liġi kienet tfakkar lill-​Iżraelin li huma kienu lsiera tad-​dnub

IL-​PATT IL-​ĠDID JOFFRI ĦELSIEN

Peress li l-​Iżraelin ma setgħux jobdu b’mod perfett il-​Liġi, dan kien jenfasizza li huma kienu midinbin. Imma s-​sagrifiċċju taʼ Kristu għamilha possibbli li jinħelsu mid-​dnub