Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int Kapaċi Tagħti Xhieda u Tgħallem!

Int Kapaċi Tagħti Xhieda u Tgħallem!

Meta Mosè ngħata inkarigu mingħand Ġeħova, għall-​ewwel iddubita jekk kienx kapaċi jagħmlu. (Eżo 4:10, 13) Ġieli ħassejtek hekk? Qed tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova? Tiddubita jekk qattx se tmur tipprietka minn dar għal dar? Jew forsi inti żagħżugħ li żżomm lura milli tagħti xhieda l-​iskola. Jew inkella tibżaʼ tieħu sehem fl-​għoti taʼ xhieda bit-​telefown jew f’xi tip taʼ ppritkar f’postijiet pubbliċi. Itlob bil-​qalb lil Ġeħova għas-​saħħa tal-​ispirtu qaddis tiegħu. (1Pt 4:11) Kun fiduċjuż li jistaʼ jgħinek f’kull inkarigu li jagħtik.—Eżo 4:11, 12.

ARA L-​VIDJOW KUN KURAĠĠUŻ BĦALA . . . PUBBLIKATUR, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Oħtna Aoyama xi sfida kellha?

  • X’għenha tkun b’saħħitha u kuraġġuża?—Ġer 20:7-​9

  • Il-​fatt li pprovat tagħmel iżjed fis-​servizz taʼ Ġeħova kif kien taʼ benefiċċju għaliha?

  • Ġeħova liema sfidi fil-​ministeru jistaʼ jgħinek tegħleb?