Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Konversazzjonijiet

Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Konversazzjonijiet

Minn Jannar tal-​2018, fuq l-​ewwel paġna tal-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa—Il-​Ħajja u l-​Ministeru Kristjan Tagħna, bdew jidhru l-​eżempji taʼ konversazzjonijiet. Kif nistgħu nużawhom?

Meta l-​Istudenti Jkollhom Xi Inkarigu: Int għandek tuża l-​mistoqsija, l-​iskrittura, u l-​mistoqsija għall-​konversazzjoni li jmiss mill-​eżempju taʼ konversazzjoni. Madankollu, dan ma jfissirx li għandek tgħid il-​kliem eżatt li ntuża fil-​vidjow tal-​eżempju taʼ konversazzjoni. Tistaʼ tuża sitwazzjoni, introduzzjoni, u raġunar differenti. Tistaʼ wkoll toffri pubblikazzjoni mill-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim tagħna, anki jekk dan ma jissemmiex fl-​istruzzjonijiet għat-​taħdita.

Meta Nkunu fil-​Ministeru: L-​eżempji taʼ konversazzjonijiet qegħdin biex jagħtuna ideat li jgħinuna. Jekk persuna turi interess sinċier u tkun trid taf iżjed, tistaʼ tkompli bil-​konversazzjoni, forsi billi tuża dak li hemm miktub għaż-​żjara lura. Tistaʼ tirranġa l-​eżempji taʼ konversazzjonijiet jew tuża xi ħaġa totalment differenti. Jistaʼ suġġett mix-​xahar taʼ qabel jew skrittura differenti tinteressa iktar lin-​nies fit-​territorju? In-​nies fejn toqgħod int iħobbu jitkellmu iżjed fuq xi ħaġa li għadha kif ġrat jew xi ħaġa fl-​aħbarijiet? Tagħżel x’tagħżel mill-​eżempji taʼ konversazzjonijiet, il-​mira tiegħek għandha tkun li ‘tagħmel kollox minħabba l-​aħbar tajba, biex taqsam dan il-​messaġġ m’oħrajn.’—1Ko 9:22, 23.