Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

X’Tistaʼ Titgħallem minn Kristjani li Għandhom l-Esperjenza?

X’Tistaʼ Titgħallem minn Kristjani li Għandhom l-Esperjenza?

Fil-​kongregazzjonijiet tagħna għandna aħwa li ilhom jaqdu lil Ġeħova għal ħafna snin. Nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif huma fdaw lil Ġeħova. Nistgħu nistaqsuhom dwar l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova fil-​passat u dwar l-​isfidi li kellhom u kif kampaw bl-​għajnuna taʼ Ġeħova. Nistgħu wkoll nistiednu xi ħu jew oħt imdaħħla fiż-​żmien għall-​Qima Bħala Familja biex taqsam xi esperjenzi magħna.

Jekk inti ilek taqdi lil Ġeħova għal ħafna snin, tkellem maʼ Kristjani iżgħar minnek dwar il-​modi kif hu għenek. Ġakobb u Ġużeppi qasmu l-​esperjenzi tagħhom maʼ membri tal-​familja iżgħar minnhom. (Ġen 48:21, 22; 50:24, 25) Iktar tard, Ġeħova qal lill-​kapijiet tal-​familji biex jgħallmu lil uliedhom dwar l-​affarijiet kbar li għamel. (Dt 4:9, 10; Sa 78:4-​7) Fi żmienna, il-​ġenituri u oħrajn fil-​kongregazzjoni jistgħu jgħidu lil dawk iżgħar minnhom dwar l-​affarijiet tal-​għaġeb li raw lil Ġeħova jwettaq permezz tal-​organizzazzjoni tiegħu.

ARA L-​VIDJOW INŻOMMU L-​UNITÀ META NKUNU TAĦT RESTRIZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • L-​uffiċċju tal-​fergħa tal-​Awstrija kif għen lil ħutna f’xi pajjiżi fejn ix-​xogħol kien projbit?

  • Ħutna f’dawn il-​pajjiżi kif żammew il-​fidi tagħhom b’saħħitha?

  • Ħafna pubblikaturi fir-​Rumanija għala telqu l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, u kif reġgħu lura?

  • Esperjenzi bħal dawn kif isaħħu l-​fidi tiegħek?

Tgħallem affarijiet sbieħ mill-​aħwa mdaħħlin fiż-​żmien biex jgħinuk issaħħaħ il-​fidi tiegħek f’Ġeħova!