Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwittu t-triq għal żjara lura

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwittu t-triq għal żjara lura

GĦALA HU IMPORTANTI:

Aħna rridu nsaqqu ż-żerriegħa tal-verità li niżirgħu. (1Ko 3:6) Meta nsibu lil xi ħadd li juri interess, ikun tajjeb li nħalluh b’mistoqsija li nkunu nistgħu niddiskutu meta mmorru lura. B’hekk, l-inkwilin se jkun qed iħares ’il quddiem għaż-żjara u fl-istess ħin inkunu qed nissimplifikaw il-preparazzjoni tagħna għaż-żjara lura. Meta mmorru lura, nistgħu ngħidulu li rġajna ġejna biex inwieġbu l-mistoqsija li qajjimna l-aħħar darba li żornieh.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Meta tipprepara l-preżentazzjoni tiegħek biex tużaha minn dar għal dar, inkludi mistoqsija li tkun tistaʼ tiġi mwieġba d-darba li jkun imiss. Tistaʼ tkun xi ħaġa li hi mwieġba fil-letteratura li tkun qed toffri. Jew tistaʼ tkun mistoqsija li hi mwieġba f’waħda mill-pubblikazzjonijiet tagħna għall-istudju li beħsiebek toffrilu meta terġaʼ żżuru.

  • Meta tikkonkludi l-konversazzjoni maʼ xi ħadd li juri interess, urih li tixtieq terġaʼ tkellmu u mbagħad ħallih bil-mistoqsija li tkun ippreparajt li twiġiblu meta terġaʼ żżuru. Jekk ikun possibbli, ikseb xi informazzjoni taʼ kif tistaʼ tikkuntattjah.

  • Jekk twiegħdu li se terġaʼ tmur f’xi ħin partikulari, ara li żżomm kelmtek.—Mt 5:37.