Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Tinsiex titlob għall-Kristjani ppersegwitati

Tinsiex titlob għall-Kristjani ppersegwitati

Il-Bibbja tbassar li Satana kien se jippersegwitana biex jipprova jfixkel il-ministeru tagħna. (Ġw 15:20; Ri 12:17) Kif nistgħu ngħinu lil sħabna l-Kristjani li qed jiġu ppersegwitati f’pajjiżi oħrajn? Nistgħu nitolbu għalihom. “It-talb bil-ħerqa tal-ġust għandu qawwa kbira f’dak li jistaʼ jwettaq.”—Ġk 5:16.

Għal xiex nistgħu nitolbu? Nistgħu nitolbu lil Ġeħova biex jagħti lil ħutna l-kuraġġ u biex jgħinhom ħalli ma jibżgħux. (Is 41:10-13) Nistgħu nitolbu wkoll biex l-awtoritajiet ma jopponux ix-xogħol tal-ippritkar, “sabiex inkomplu ngħaddu ħajja kalma u kwieta.”—1Ti 2:1, 2.

Meta Pawlu u Pietru kienu ppersegwitati, il-Kristjani tal-ewwel seklu semmew isimhom fit-talb. (At 12:5; Rum 15:30, 31) Anki jekk ma nafux l-ismijiet taʼ dawk kollha li qed jiġu ppersegwitati llum, nistgħu aħna nsemmu l-kongregazzjoni, il-pajjiż, jew ir-reġjun tagħhom?

Ikteb xi pajjiżi fejn hemm Kristjani ppersegwitati li tixtieq titlob għalihom.