GĦIX BĦALA KRISTJAN
Tibqax tinkwieta
Fil-Prietka taʼ fuq il-Muntanja, Ġesù qal: “Tibqgħux tkunu ansjużi dwar ħajjitkom.” (Mt 6:25) Filwaqt li hi xi ħaġa naturali li l-bnedmin imperfetti kultant ikunu ansjużi, għax qed jgħixu fid-dinja taʼ Satana, Ġesù kien qed jgħallem lis-segwaċi tiegħu biex ma jkunux ansjużi żżejjed. (Sa 13:2) Għala? Għax ansjetà żejda, anki dwar il-bżonnijiet taʼ kuljum, tistaʼ taljenana, u b’hekk tagħmilhielna iktar diffiċli biex infittxu s-Saltna l-ewwel. (Mt 6:33) Dak li Ġesù kompla jgħid se jgħinna biex ma nibqgħux ninkwetaw għalxejn b’xejn.
-
Mt 6:26—X’nistgħu nitgħallmu milli noqogħdu nosservaw l-għasafar? (w16.07 6 ¶11-13)
-
Mt 6:27—Għala li ninkwetaw iżżejjed ikun ħela taʼ ħin u enerġija? (w05 11/1 22 ¶5)
-
Mt 6:28-30—Liema lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-ġilji tar-rabaʼ? (w16.07 6-7 ¶15-16)
-
Mt 6:31, 32—B’liema modi l-Kristjani huma differenti mill-ġnus? (w16.07 7 ¶17)
Fuq xiex irrid nieqaf ninkwieta?