Ġesù kien iħobb in-nies
Kapitli 8 u 9 taʼ Mattew ikopru parti mill-ministeru taʼ Ġesù fir-reġjun tal-Galilija. Meta Ġesù fejjaq lin-nies, hu wera l-qawwa tiegħu. Imma iktar importanti minn hekk, hu wera l-imħabba u l-mogħdrija kbira li kellu għan-nies.
-
Ġesù fejjaq raġel bil-ġdiem.—Mt 8:1-3
-
Ġesù fejjaq qaddej taʼ fizzjal tal-armata.—Mt 8:5-13
Fejjaq lill-kunjata taʼ Pietru.—Mt 8:14, 15
Keċċa lid-demonji u fejjaq lin-nies li kienu qed ibatu.—Mt 8:16, 17
-
Ġesù keċċa demonji li kienu feroċi ħafna u bagħathom f’merħla ħnieżer.—Mt 8:28-32
-
Ġesù fejjaq raġel paralitiku.—Mt 9:1-8
Fejjaq mara li messet il-libsa tiegħu, u rxoxta t-tifla taʼ Ġajru.—Mt 9:18-26
Fejjaq lill-għomja u lill-muti.—Mt 9:27-34
-
Ġesù kien idur il-bliet u l-irħula u jfejjaq kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa.—Mt 9:35, 36
Kif nistaʼ nuri mħabba u mogħdrija maʼ dawk taʼ madwari?