Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ħu Ħsieb iż-Żwieġ Tiegħek

Ħu Ħsieb iż-Żwieġ Tiegħek

Ġeħova jqis iż-​żwieġ bħala xi ħaġa serja ħafna. Hu qal li raġel u mara miżżewġin għandhom jibqgħu flimkien. (Mt 19:5, 6) Hemm ħafna żwiġijiet ferħanin fost il-​qaddejja t’Alla. Imma l-​ebda żwieġ mhu perfett. Il-​problemi dejjem se jinqalgħu. M’għandniex ninfluwenzaw ruħna mill-​idea li s-​separazzjoni u d-​divorzju huma s-​soluzzjoni tal-​problemi. Kif jistgħu Kristjani miżżewġin jieħdu ħsieb iż-​żwieġ tagħhom?

Ikkunsidra ħames punti importanti.

  1. Evita affarijiet bħal flirting u divertiment immorali. Dawn l-​affarijiet kull ma jagħmlu hu li jkissru ż-​żwieġ.—Mt 5:28; 2Pt 2:14.

  2. Saħħaħ il-​ħbiberija tiegħek m’Alla, u dejjem żomm ix-​xewqa li togħġbu fiż-​żwieġ tiegħek.—Sa 97:10.

  3. Ibqaʼ uri l-​kwalitajiet tal-​personalità l-​ġdida, u agħmel affarijiet żgħar li jgħinu lis-​sieħeb jew sieħba tiegħek iħossuhom aħjar.—Kol 3:8-​10, 12-​14.

  4. Żomm komunikazzjoni tajba u uri rispett. —Kol 4:6.

  5. Issodisfa l-​bżonnijiet sesswali tal-​mara jew ir-​raġel tiegħek bi mħabba u affezzjoni. —1Ko 7:3, 4; 10:24.

Meta l-​Kristjani jonoraw iż-​żwieġ, ikunu qegħdin jonoraw il-​wieħed li ħalqu, Ġeħova.

ARA L-​VIDJOW GĦANDNA “NIĠRU BIS-​SABAR”—OBDI R-​REGOLI TAL-​KOMPETIZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għalkemm iż-​żwieġ jaf jibda tajjeb, xi sfidi jistgħu jinqalgħu?

  • Il-​prinċipji mill-​Bibbja kif jistgħu jgħinu lil dawk li jħossu li qegħdin fi żwieġ bla mħabba?

  • Applika prinċipji mill-Bibbja biex ikollok żwieġ ferħan

    X’regoli għamel Ġeħova għaż-​żwieġ?

  • Xi jridu jagħmlu l-​miżżewġin biex iż-​żwieġ tagħhom ikun taʼ suċċess?