GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ħelsien fil-Futur—Grazzi għal Alla u Kristu
X’inhuma l-isfidi li tiffaċċja kuljum? Inti kap tal-familja li qed tipprova tieħu ħsieb ħafna responsabbiltajiet? Inti ġenitur waħdek li qed taħdem iebes biex tlaħħaq mal-ħajja? Jew qiegħed l-iskola u tiffaċċja l-bullying? Jew forsi qed tiffaċċja problemi taʼ saħħa jew l-effetti taʼ li tkun imdaħħal fl-età? Kulħadd għandu xi tip taʼ problema jew oħra. Ħafna aħwa qed jiffaċċjaw ħafna problemi f’daqqa. Imma aħna nafu li Ġeħova daqt se jeħlisna minn dawn il-problemi.—2Ko 4:16-18.
Imma għalissa, aħna niġu inkuraġġiti għax nafu li Ġeħova jifhem il-problemi tagħna, japprezza l-lealtà u s-sabar tagħna, u li għandu barkiet kbar jistennewna. (Ġer 29:11, 12) Anki Ġesù jimpurtah minna b’mod persunali. Hekk kif nagħmlu dak li għandna nagħmlu bħala Kristjani, nistgħu nkunu ċerti li dejjem se jkun magħna. (Mt 28:20) Meta nimmeditaw fuq il-ħelsien li se jkollna taħt is-Saltna t’Alla, aħna se nsaħħu l-fidi fit-tama li għandna u nkunu determinati li nkomplu nissaportu l-isfidi li jkollna.—Rum 8:19-21.
ARA L-VIDJOW HEKK KIF TOQROB IL-MALTEMPATA, IBQAʼ FFOKA FUQ ĠESÙ!—BARKIET FUTURI TAS-SALTNA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Il-bnedmin kif tbiegħdu minn Alla, u x’kien ir-riżultat?
-
X’futur se jkollhom dawk li huma leali lejn Ġeħova?
-
Kif inhu possibbli dan il-futur sabiħ?
-
Liema wegħdi qed tħares ’il quddiem għalihom fid-dinja l-ġdida?