GĦIX BĦALA KRISTJAN
Il-Konvenzjonijiet Annwali—Opportunità Biex Nuru l-Imħabba
Għala nieħdu pjaċir ħafna ngawdu l-konvenzjonijiet annwali? Bħal Iżrael tal-qedem, il-konvenzjonijiet illum jagħtuna l-opportunità biex inqimu lil Ġeħova maʼ mijiet, jew eluf, taʼ qaddejja leali. Aħna nieħdu pjaċir nitgħallmu affarijiet li jgħinuna nibqgħu qrib taʼ Ġeħova. Aħna wkoll ingawdu l-ħin li nqattgħu mal-ħbieb u l-familja tagħna. Għalhekk aħna nkunu rridu nattendu t-tlett ijiem tal-konvenzjoni kollha.
Meta jkollna l-opportunità biex niltaqgħu flimkien, aħna ma naħsbux biss kif ħa nibbenefikaw personalment imma wkoll kif nuru l-imħabba lil oħrajn. (Ga 6:10; Eb 10:24, 25) Aħna nuru li jinteressana f’oħrajn meta niftħu bieb lil ħu jew oħt jew meta nżommu l-postijiet li jkollna bżonn biss. (Flp 2:3, 4) Il-konvenzjonijiet huma opportunitajiet sbieħ biex nagħmlu ħbieb ġodda. Qabel jew wara l-konvenzjoni u fil-brejk, nistgħu nagħmlu mira biex nitkellmu maʼ xi ħadd li ma nafux. (2Ko 6:13) Nistgħu nibdew ħbiberiji li jibqgħu għal dejjem! Iżjed minn hekk, meta oħrajn jaraw l-imħabba bejnietna, huma wkoll jistgħu jiddeċiedu li jibdew jaqdu lil Ġeħova magħna.—Ġw 13:35.
ARA L-VIDJOW L-IMĦABBA MA TBATTI QATT!—KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Kif intweriet l-imħabba lejn id-delegati fil-konvenzjonijiet internazzjonali tal-2019?
-
L-imħabba u l-unità bejn il-qaddejja taʼ Ġeħova għala jispikkaw?
-
X’aspetti tal-imħabba Kristjana semmew xi aħwa tal-Ġemgħa li Tiggverna?
-
L-imħabba Kristjana kif għaqqdet lill-aħwa fil-Ġermanja u fil-Korea t’Isfel?
-
Xi rridu nkunu determinati li nagħmlu?