Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“L-imħabba li għandu l-Kristu ġġegħelna.”—2Ko 5:14

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Se Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju Matul Marzu Jew April?

Se Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju Matul Marzu Jew April?

Tixtieq tagħmel iżjed fis-​servizz taʼ Ġeħova matul iż-​żmien tat-​Tifkira? (2Ko 5:14, 15) Matul Marzu u April, il-​pijunieri awżiljarji jistgħu jagħżlu li jippritkaw minn tal-​inqas 30 jew 50 siegħa kull xahar. Jekk tistaʼ tieħu sehem f’din l-​attività speċjali, agħti applikazzjoni lill-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni. Kull xahar, il-​kongregazzjoni ssemmi l-​ismijiet taʼ dawk li jiġu aċċettati biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji. B’hekk, il-​kongregazzjoni tkun tistaʼ tgħin lill-​pijunieri fil-​ministeru. Jalla lkoll kemm aħna nieħdu vantaġġ minn kull opportunità li jkollna matul iż-​żmien tat-​Tifkira. B’hekk inkunu nistgħu ntejbu l-​abbiltajiet tagħna tal-​ippritkar u ninkuraġġixxu lil xulxin.—1Te 5:11.